L-attivitajiet sesswali jistgħu ġeneralment jiġu kklassifikati fi tliet forom ta 'azzjonijiet sesswali: interazzjonijiet ġenitali, interazzjonijiet mhux ġenitali u masturbazzjoni. Dan jinkludi li titkellem dwar is-sess, li tħares lejn ritratti jew videos biex titqanqal, u tmiss jew tistimula ġismek stess jew lil xi ħadd ieħor għal pjaċir sesswali. L-imġieba kollha li tiġi minn motivazzjoni sesswali tista' titqies bħala imġieba sesswali. Imġieba titqies li tiġi motivata sesswament hi intenzjonata li żżid it-tqanqil sesswali, toħloq pjaċir u tippreparak għal attivita' sesswali.
Imġieba problematika hija definita bħala espressjoni sesswali li ma tikkonformax man-normi soċjali, kemm jekk tiġi mħarrka u kemm jekk le. Din tinkludi li wieħed jinjora dak li l-partner iħallih/tħallih jagħmel is-soltu (jiġifieri jekk is-soltu tfajla tkun trid li jkollha x'taqsam, imma din id-darba le, u bniedem jisforza ruħu fuqha, din titqies bħala imġieba problematika). Biex inkunu iktar speċifici, l-imġieba sesswali titqies problematika meta tkisser l-integrita' ta' bniedem ieħor, meta ma tħallix bniedem ieħor jiddeċiedi għalih innifsu u meta l-bniedem l-ieħor ma jagħtix kunsens (non-consenting individual). Din l-imġieba, barra li tista' toħloq ħafna ħsara, tista' ukoll tkun illegali u b'hekk bniedem jista jkun mħarrek. Bniedem jista' jkun 'non-consenting' jiġifieri ma jagħtix kunsens, għax ma jkunx ta l-kunsens jew għax ma tkunx possibli li jagħti l-kunsens minħabba li ma jkunx qed jifhem jew għax ikun għadu żgħir wisq. Eżempju, jekk wieħed jpoġġi camera sigrieta f'kamra ta' mara fejn qed iseħħu attivitajiet sesswali ma' partner jew fejn tkun qed timmasturba, mhux possibli li jinġabar kunsens għaliex la hi u lanqas il'partner ma jaf bil-camera.
Ġeneralment, l-adulti huma partners sesswali ugwali. Dan sakemm l-istat fiżiku, mentali u ekonomiku tagħhom iħallihom jagħmlu deċiżjoni indipendenti ta' jekk għandhomx jieħdu sehem f'atti sesswali jew le. Meta nitkellmu fuq l-eta' tal-kunsens irridu nikkunsidraw id-differenza bejn 'kunsens sempliċi' u 'kunsens infurmat'. Kunsens sempliċi jista' jseħħ meta tifel jew tifla tidher li qed tagħti kunsens passiv jew tidher/jidher li qed tikkoopera/jikkoopera. Il-kunsens infurmat jirreferi għal okkazzjonijiet fejn il-persuna tkun taf għalxiex qed tgħid iva. It-tfal m'għandhomx l-abbilta' psikoloġika u maturita' biżżejed biex jifhmu u b'hekk jaqblu li jieħdu sehem f'attivitajiet sesswali. Mhuwiex possibli li minuri jkun partner sesswali ugwali għax hu jew hi mhux kapaċi jifhem l-kontenut, x'jiġri fil-mument u l-konsegwenzi tal-imġieba sesswali.
Kull imġieba sesswali li sseħħ mingħajr kunsens tal-parti l-oħra tiġi kkunsidrata bħala abbuż sesswali dirett. Kull rappreżentazzjoni ta' imġieba sesswali li sseħħ mingħajr kunsens hija meqjusa bħala abbuż sesswali indirett.
Minbarra l-aspett legali rigward imġieba mhux xierqa lejn minorenni nevalwaw x'tahseb inti personalment fuq dan l-kunċett. Barra minn hekk, ikun aħjar naraw ftit min huwa l-aktar fiċ-ċans li jikkommetti abbużi sesswali fuq minorenni - kemm irġiel kif ukoll nisa minn oqsma differenti tas-soċjeta u anka ta' etajiet varji. Ir-ragunijiet għaliex wieħed jagħamel dan l-abbuż sesswali fuq it-tfal jistgħu ikunu ħafna, fosthom bħala sostitut għan-nuqqas ta' kuntatt sesswali ma' sieħba adulta, jew xi mard mentali, mard ta' zvilupp sesswali, problemi ta' pedofelija jew hebephilic
Wieħed irid iżomm f'moħħu li t-tfal fl-ebda cirkostanza ma huma f'pożizzjoni li jaqblu li jipparteċipaw fi kwalunkwe attivita' sesswali ma' adult
Kwalunkwe attivita' sesswali mingħajr kunsens tigi meqjusa bħala abbuż sesswali. Dan jista' jigri jekk :
- il-persuna l-oħra ma tistax taghti l-kunsens tiegħu/tagħha jekk ma jafx/tafx x'tinvolvi, x'ser jiġri jew x'inhuma l-konsegwenzi ta' dan l-att sesswali jew jekk huwiex/hijiex kapaci tifhem.
- il-persuna l-oħra kompletament ma' t'aċċettax
Attivitajiet sesswali li jinvolvu t-tfal
Imġieba sesswali problematika lejn tfal li ghadhom qed jizviluppaw jew ghadhom kif bdew jizvilluppaw tinkludi (iżda mhux limitata għal) l-attivitajiet sesswali li ġejjin :
- Li wieħed jkun motivat sesswalment biex josserva sitwazzjonijiet intimi, magħrufa ukoll bħala attivitajiet voyeuristiċi.
- Li wieħed ikun motivat sesswalment biex imiss il-ġisem tat-tfal f'partijiet li mhumiex il-partijiet ġenitali. Din tgħodd kemm jekk it-tfal ikunu libsin ħwejjeġ u kemm jekk le.
- Grooming sesswali tat-tfal fuq l-internet (chat rooms etc) jew f'sitwazzjonijiet ta' kuntatt dirett.
- Li jintwerew l-ġenitali, kemm waqt masturbazzjoni u anka mingħajr masturbazzjoni, magħrufa bħala attivitajiet esibizzjonisti.
- Li jintwerew l-ġenitali, kemm waqt masturbazzjoni u anka mingħajr masturbazzjoni, magħrufa bħala attivitajiet esibizzjonisti.
- Li titlob tifel jew tifla biex tirċievi stimulazzjoni sesswali.
- Li titlob lil tifel jew tifla biex jistimula/ tistimula lilu/ha nnifsu/nnifisha.
- Li timmanipula t-tfal sesswalment u li tistimula tfal sesswalment.
- Li sseħħ penetrazzjoni bil-pene, ilsien, subgħa jew oġġetti oħra fil-ħalq, parti ġenitali jew l-anus tat-tfal.
- Li jiġu maħluqa ritratti jew vidjos ta' abbuż tat-tfal, b'attivitajiet sesswali msemmija hawn fuq, kemm jekk jinvolvu t-tfal u anka jekk ikun hemm it-tfal preżenti waqt il-produzzjoni tagħhom.
- Li wieħed jitkellem fuq suġġetti sesswali quddiem it-tfal sabiex jiġi mqanqal sesswalment.
- Li jintwerew filmati jew ritratti pornografiċi sabiex wieħed jiġi mqanqal sesswalment fil-prezżenza tat-tfal.
Li persuna timmasturba għal fantaziji sesswali fuq it-tfal mhix imġieba sesswali problematika. Iżda, offiżi ta' natura sesswali fuq it-tfal ħafna drabi ikunu jinkludu imġieba sesswali problematika u jseħħu minħabba deċizjonijiet konxji li jittieħdu minn adulti.
L-użu tal- pornografija li tinvolvi tfal
Ritratti jew vidjos ta' abbuż sesswali tat-tfal li jiġu użati għall-istimulazzjoni sesswali huma klassifikati skont is-severita'. M'hemm l-ebda kategorija 'safe'. Għalkemm dawn l-immaġni jistgħu jinħalqu f'kundizzjonijiet li mhumiex abbużivi, it-tfal li jidhru fihom ma jistgħux jagħtu kunsens għall-użu ta' dawn l-immaġni bl-iskop ta' tqanqil sesswali. L-individwu li jagħżel li jħares lejn l-immaġini huwa responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu stess u għall-konsegwenzi tat-tfal li qiegħdin jiġu murija:
Indikattivi
Uċuħ tat-tfal jew tfal murija b’mod mhux erotiku jew lebsin kompletament jew bi ħwejjeġ ta’ taħt, malji, eċċ. (stampi minn sorsi kummerċjali, albums tal-familja, eċċ.)
Għarwenin
Tfal għarwenin f'żoni tal-għawm, fi sptarijiet jew postijiet tas-saħħa jew ritratti provokattivi ta' tfal li jkunu parzjalment imlibbsin ez. bil-ħwejjeġ ta' taħt, malji tal-għawm,ilbies trasparenti eċċ.
Nudist - tfal mikxufa jew nofshom mikxufin (stampi minn sorsi leġittimi)
Erotika - tfal bil-ħwejjeġ ta’ taħt jew nuqqas ta' lbies jew għarwenin (ritratti meħuda bil-moħbi)
Pożi - tfal jippożaw jew lebsin, parzjalment lebsin jew kompletament għarwenin
Pożi erotiċi
Tfal f'pożizzjonijiet sesswali jew provokattivi
Pożi Erotiċi Espliċiti
Tpinġijiet ta' tfal li jippożaw sabiex jiġu enfassizati iż-żona ġenitali u/jew anali
Attivitajiet Sesswali Espliċiti
Attivitajiet sesswali bejn żewġ (jew iktar) t'itfal li ma jinvolvux adult, fejn it-tfal ikunu qiegħdin imissu lil xulxin, jew jimmasturbaw (waħidhom jew flimkien) jew sess penetrattiv orali/anali/vaġinali
Attakk Sesswali (Sexual assault)
Attivitajiet sesswali bejn tifel/tifla u adult, li jinvolvi kuntatt dirett, bħal tbagħbis jew li jmissu lil xulxin, jew jimmasturbaw (waħidhom jew flimkien) jew sess penetrattiv orali/anali/vaġinali
Sadiżmu u Bestjalità
Bondage, Rape (stupru), gang-bang jew korriment fiżiku kkaġunat fuq it-tfal. Ez. li jkunu marbutin, marbutin u imsawta, imsawta, eċċ. jew tfal li jkunu involuti f'xi forma ta' imġiba sesswali ma' annimal
Hemm ħafna attivitajiet sesswali li żewg adulti jistgħu jieħdu sehem fihom jekk ikun hemm kunsens reċiproku. Huwa importanti li tifhem u tiftakar li l-attivitajiet sesswali huma l-aktar pjaċevoli meta l-imsieħba jaqblu ma dak li qed jseħħ u meta ma jweġġa ħadd.