Illustration zum Thema Fantasie und Verhalten.

Self- help
7. Fantasija u imġieba

L-imġiba sesswali u l-fantasiji sesswali huma sors importanti ta' informazzjoni biex wieħed jista' jiddetermina l-istruttura tal-preferenza sesswali. Hija kruċjali li wieħed jifhem id-differenza bejn fantasiji u imġiba. M'hemm l-ebda fantasiji li huma 'tajbin' jew 'ħżiena', iżda jekk dawk il-fantasiji jsiru imġiba li tinfluwenza lil bnedmin oħra, inti ssir responsabbli għal dik l-imġiba. Ħadd m'hu obbligat li jaġixxi fuq ix-xewqat sesswali tiegħu jew tagħha.

Tagħraf is-sesswalità u l-preferenzi tiegħek

Sir konxju tal-fantasiji tiegħek, għarafhom u aħseb fuqhom. Probabli, se tinduna li m'hemmx ċans li tibdel dak li jqanqlek. La darba tiġi mqanqal b'xi ħaġa u torgażma, probabli set tibqa' tiġi mqanqal biha u jibqa' jiġri l-istess kull darba. Qabbel il-fantasiji tiegħek mal-imġiba sesswali tiegħek. Ħafna nies għandhom ammont ta' dettalji fil-fantaziji tagħhom li qatt ma ġraw jew qatt m'huma se jagħmlu xi ħaġa fuqhom. Li nkunu konxji tal-fantaziji sesswali tagħna tgħin sabiex aħna nkunu f'kontroll tal-imġiba sesswali tagħna.

Għaliex huwa importanti li wieħed ikun infurmat dwar il-fantasiji sesswali u l-imġieba sesswali tiegħu stess?

Aħseb ftit, imbagħad kompli

 

  • Li tkun fhimt l-fantaziji sesswali u l-imġieba sesswali tiegħek hi importanti biex :
  • tnaqqas iċ-ċans li tgħaddi minn sorprizi mhux mixtieqa u biex tnaqqas l-anzjetajiet.
  • tikseb l-għarfien billi sserraħ moħħok fuq l-abbiltajiet tiegħek li tikkontrolla
  • tinduna f'liem sitwazzjonijiet hemm iktar ċans li tiġi mqanqal
  • iżżid ir-responsabbilta' tiegħek "Jien nista ninfluwenza u nikkontrolla xi ħaġa li naf biżżejed fuqha"
Back to overview

Awto-test

Illustration von zwei Sprechblasen.