
Online Self-help
-
1. L-istruttura tal-preferenza sesswali
Se nagħtu ħarsa iktar mill-qrib lejn kif tinbena l-preferenza sesswali u x-xewqat sesswali tagħna.
-
2. Imġieba sesswali b'saħħitha
Jekk hemm attivita' sesswali li tinvolvi aktar min persuna waħda, irid ikun hemm ftehim reċiproku. Ser niddiskutu l-kwistjoni ta' kunsens infurmat (informed consent), speċjalment meta niġu għal attivitajiet sesswali problematiċi.
-
3. Għajdut
Se neżaminaw xi għajdut jew ideat foloz u fatti dwar l-imħabba, is-sesswalita' u fuq it-tfal li qed jesperjenzaw l-abbuż bl-għan li wieħed jifhem iktar ir-realta' ta' dawn is-sitwazzjonijiet.
-
4. Tpinġija sabiħa
Meta xi ħadd ikun qed jara s-sitwazzjoni b'idea ta' tpinġija sabiħa, jibda jara kollox ward u zgħar. Se nitkellmu fuq sitwazzjonijiet bħal dawn u nistudjaw kif il-ħsibijiet tagħna ibiddlu u jimmanipulaw l-esperjenza reali.
-
5. Il-bidu tal-attrazzjonijiet sesswali
Ħafna nies jistaqsu x'seta' kkawża l-attrazzjoni sesswali tagħhom.Din tista tkun ġejja minn ħafna raġunijiet differenti. Ser niddiskutu xi jwassal biex bniedem ikollu ċertu tip ta' attrazzjoni sesswali u nitgħallmu kif l-aħjar nifhmu kull waħda.
-
6.Nieħdu Pawsa
Hemm certu ħsibijiet, bħal kif tqassam il-ħin, uġigħ ta' ras frekwenti jew fantasiji persistenti fuq tfal, li jistgħu jirkbuna u jfixkluna. Ser nagħtu eżempji ta' metodi kif wieħed jista jirrilassa biex negħlbu diffikultajiet ta' kuljum.
-
7. Fantasija u imġieba
Se nispjegaw li wieħed jifhem id-differenza bejn fantasiji u imġiba. Billi nifhmu iktar l-fantasiji u l-imġieba sesswali tagħna,ser inkunu nistgħu ntejbu l-kontroll tal-impulsi tagħna fuq ix-xewqat sesswali tagħna.
-
8. Kif tara lilek innifsek
Ħa nagħtu ħarsa fil-fond lejna infusna u inħarsu lejn il-ħsibijiet profondi tagħna. L-għan huwa li ngħarfu imġieba sesswali ħażina u sitwazzjonijiet li jaf ikunu ta' tentazzjoni. Nitgħallmu kif wieħed jista' jipprova iwaqqaf il-ħsibijiet tiegħu mill-bidu u jirregola l-emozzjonijiet tiegħu kmieni.
-
9. Triggers personali
Hemm ħafna fatturi u kundizzjonijiet li jistgħu iżidu r-riskju li persuna twettaq reat sessjwali jew li tara pornografija li tinvolvi tfal. Ser nitgħallmu kif wieħed jista' jiddentifika dawn it-triggers, jiġifieri kif wieħed jiddentifika l-fatturi li jżidu dan ir-riskju ta' fantasiji li iwasslu għal reat.
-
10. Analiżi tas-sitwazzjoni
Sabiex nifhmu kif wieħed jista' jikkontrolla l-imġieba tiegħu mill-bidu, ser nanalizzaw x'jiġri qabel, waqt u wara reati sesswali fuq tfal u/jew wara l-użu ta' pornografija li tinvolvi tfal.
-
11. Kontroll tal-Impuls
Biċċa waħda ... biċċtejn... tlett biċċiet ċikkulata ... kemm se tieħu waqt dieta ? Xi drabi vera diffiċli tikkontrolla x-xewqat. Ser nistudjaw kemm huwa importanti li wieħed jikkontrolla dawn ix-xewqat u nipprovaw insibu metodi kif intejbu l-ħajja ta' kuljum tagħna.
-
12. Aċċettazzjoni
Li wieħed jaċċetta lilu nnifsu ma tiġix awtomatikament iżda wieħed jasal għalija b'għarfien. Aħna se nispjegaw għaliex hu importanti li wieħed jaċċetta sitwazzjonijiet differenti u napplikaw dan l-għarfien għall-preferenzi sesswali tagħna.
-
13. Empatija
Aħna l-bnedmin għandna l-kapaċita' li nidħlu fiż-żarbun ta' ħaddiehor u naraw l-affarijiet mill-perspettiva tagħhom. Se nagħtu harsa aktar mill-qrib lejn x'inhi l-empatija u niskopru kif din il-ħila tgħinna fil-ħajja soċjali ta'kuljum.
-
14. Ittra ta' vittma
L-abbuz sesswali fuq it-tfal jaffetwa drammatikament il-vittmi fuq livell ta' saħħa mentali, kif ukoll fis-saħħa fiżikali. Sejrin naqraw ittra ta' vittma ta' abbuż sesswali meta kienet minuri u nindirizzaw il-konsegwenzi ta' dan l-abbuż.
-
15. Għażliet ta' trattament mediku
Hawn xi nies li jesperjenzaw xewqat jew fantasiji sesswali b'intensità qawwija tant li huwa difficċli tikkontrollhom u jafu jikkawżaw ċertu tbatija. Ser nagħtu ħarsa lejn il-mediċini li jistgħu jittieħdu bħala għajnuna addizzjonali barra l-edukazzjoni.
-
16. Is-Sigriet tal-benessere
Sabiex persuna tgħix ħajja trankwilla u tieħu ħsieb il-ben essere tagħha innifisha, trid tieħu ħsieb il-bżonnijiet personali. Għalhekk ser inħarsu lejn storja ta' ġuvni li irnexxielu jtejjeb ħajtu billi jifhem u jegħleb l-imġiba negattiva tiegħu, bħala gwida ta' wieħed x'jista' jagħmel.