Skont ir-riċerka li saret s'issa u għarfien kliniku, m'hemm l-ebda teorija etjoloġika li tiddiskirivi l-mod li bih tiġi ffurmata l-preferenza sesswali tagħna. Sabiex nifhmu r-raġunijiet għall-preferenza sesswali partikolari, irridu nħarsu minn perspettiva multidimensjonali - jiġifieri, waħda li tqis iktar minn aspett wieħed.
Dawn l-aspetti jinkludu ; fatturi bijoloġici, fatturi psikoloġiċi u fatturi soċjali u kif dawn jinteraġġixxu flimkien. Fatturi bijoloġici jinkludu, iżda mhux limitati għal, l-impatt ġenetiku, twelid prematur u strutturi newroloġiċi. Fatturi psikoloġiċi jirreferu għal karatteristiċi bħat-temperament, anżjeta', il-kunfidenza, immaturita' u l-modi vizzi ta' kif wieħed jaġixxi għall-emozzjonijiet differenti (coping mechanisms). Fatturi soċjali jinkludu, iżda mhux limitati għal, esperjenzi fit-trobbija u tfulija, trattament ħażin, kif wieħed jintegra ma' sħabu, klassi soċjali u livell ta' edukazzjoni.
Ir-riċerka turi li l-preferenza sesswali lejn l-eta' u s-sess timmanifesta minn eta' żgħira bħala parti mill-iżvilupp sesswali. Il-karatteristiċi essenzjali tal-preferenza sesswali jibqgħu konsistenti tul il-ħajja tal-individwu.
Persuna ma tistax tagħzel il-preferenza sesswali tagħha. Din il-preferenza hija individwali u unika, m'hemmx waħda li hi aħjar minn oħra.
Minkejja dan, nies differenti jagħtu tifsira differenti lill-preferenza sesswali tagħhom skont il-background soċjokulturali, l-passat tagħhom, ir-reliġjon u l-esperjenzi tal-ħajja.
Fil-qosor, għadna ma nafux għaliex bniedem juri preferenza sesswali partikolari minflok oħra. Madankollu, għalkemm m'aħnix responsabbli biex niddeċiedu l-preferenza sesswali tagħna, xorta aħna responsabbli għall-imġieba tagħna.
L-aħbar ħażina hija li diffiċli tinbidel il-preferenza sesswali tagħna.
L-aħbar it-tajba hija li aħna kapaċi nbiddlu dak li tfisser għalina.
Xi ngħidu fuqek?
- Qatt staqsejt lilek innifsek jekk l-istruttura ta’ moħħok hijiex differenti minn ta' nies oħra?
- Qatt ħsibt li tista' tkun ġenetikament predispost għall-preferenza sesswali tiegħek?
- Qatt ħsibt jekk għandekx ċerti karatteristiċi tal-personalità jew attitudnijiet li huma differenti minn oħrajn?
- Qatt saqsejt lilek innifsek jekk qatt urejtx xi imġieba jew vizzji differenti minn ta' nies oħra meta kont zgħir?
- Qatt esperjenzajt vjolenza bħala tifel jew tifla (fiżika, sesswali jew verbali)?
- Qatt staqsejt jekk kellekx tfulija normali b'edukazzjoni normali?