Ser nużaw l-eżempju tar-'Rose-tinted glasses' bħala eżempju għal preġudizzji tal-moħħ.
Immaġina li inti tħobb lil xi ħadd. F’din il-fażi speċjali tista’ tipperċepixxi d-dinja b’perspettiva ottimista żżejjed, jew permezz ta’ “nuċċalijiet lewn il-ward.” Il-ħars u ġesti kollha mill-persuna li tħobb jiġu interpretati bħala intenzjonali u li jikkonfermaw l-imħabba tiegħu/tagħha lejk, iżda xi ħadd li mhuwiex liebes dan in-'nuċċali' jista' jinterpreta dawn l-azzjonijiet bħala kompletament differenti. Hu importanti li wieħed ikun 'aware' ta' din u li jneħħi dan in-'nuċċali' biex jkollu idea ċara u oġġettiva tas-sitwazzjoni.
F'każijiet ta' abbuż sesswali, il-preġuddizji mentali jistgħu jikkawżaw li wieħed jitfa' r-responsabbilta' ta' abbuż sesswali fuq il-vittma minflok fuq il-ħati. Jekk adult jabbuża tifel/tifla sesswalment, dawn il-preġuddizji tal-moħħ qiegħdin jidħlu fis-seħħ kemm qabel, kemm waqt u kemm wara li jsir l-attakk. Wieħed jista' jiġġustifika l-azzjonijiet tiegħu b'dawn il-modi : "It-tifel/tifla jixtieq li jesperjenza s-sesswalita' tiegħu/tagħha bl-istess mod li jesperjenzahha adult." "jekk it-tifel/tifla ma jirreżistix/tirreżistix, sinjal li qed tieħu/jieħu gost" u "Din kienet l-aħħar darba". Jekk ma jirnexxilekx tagħraf u timmodifika dawk il-preġudizzji mentali, tirriskja li (terġa) tikkommetti attakk sesswali.
Kif tista tirregola r-Rose tinted glasses tieghek?
Aħseb dwar sitwazzjoni li kont fiha u kienet ta' riskju għoli li twettaq attakk jew li fiha diġà kont wettaqt attakk sesswali. Imbagħad uża l-mistoqsijiet li ġejjien biex tevalwa lilek innifsek:
Skopri l-hsibijiet tiegħek :
- X’kien għaddej f’moħħok?
- X'kien il-ħsieb eżatt tiegħek f'dik is-sitwazzjoni?
- X’għidt lilek innifsek f'dik is-sitwazzjoni?
Analizza dawn il-hsibijiet tieghek :
- Il-ħsieb tiegħek kien loġiku?
- Il-ħsieb tiegħek kien ibbażat fuq fatti?
- Kien hemm xi prova li dan il-ħsieb tiegħek kien korrett?
- Dan il-ħsieb kien ta’ għajnuna?
- X’kien il-benefiċċju li ħsibt b’dak il-mod? X'kien l-iżvantaġġ?
Kif tiżviluppa ħsieb raġonevoli xieraq
- Meta taħseb lura f'dak il-mument, xi ħsieb ieħor taħseb li seta' ikollok f'dik is-sitwazzjoni?
- Tista timmaġina x'seta jaħseb xi ħabib kieku kien f'dik is-sitwazzjoni?
- Liema taħseb li hija l-aktar interpretazzjoni realistika f'dik is-sitwazzjoni tidher?
- X'timmaġina li tista' tgħid lilek innifsek kieku terġa' issib ruħek fl-istess sitwazzjoni?
Taħriġ ta' ħsibijiet raġonevoli
- Tghallem kun konxju tal-benefiċċji ta' dawn il-ħsibijiet raġonevoli
- Ikteb dan il-ħsieb raġonevoli tiegħek fuq karta.
- Irrepeti dan il-ħsieb raġonevoli lilek innifsek spiss.
- Immaġina kif ser tfakkar lilek innifsek dan il-ħsieb raġonevoli meta terġa issib ruħek f'sitwazzjoni ta' riskju għoli